Ela lura Malta wara avventura fil-Belarus | One News

Notifiki

Ela lura Malta wara avventura fil-Belarus

Il-kantanta Ela Mangion irritornat Malta wara avventura mill-isbaħ fuq il-palk tal-Junior Eurovision Song Contest fil-Belarus il-Ħadd li għadda. Malta kisbet il-ħames post wara wirja mill-aqwa tal-kanzunetta Marchin’ On, filwaqt li l-Polonja rebħet l-unur tal-Junior Eurovision.

Ela kienet milqugħa mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Mal-Ministru hija qalet li sħabha tal-klassi segwew il-prestazzjoni tagħha mill-qrib billi nġabru flimkien f’klassi waħda jagħtu l-appoġġ lill-ħabiba tagħhom.

Il-Ministru qalilha wkoll li qarib tagħha, il-Professur Ray Mangion, kien mexxa lil Ministru waqt li kien qed jagħmel it-teżi tiegħu fil-liġi fl-Università.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend