Ebda ċirkostanza ġdida mhu se ttappan ir-relazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit – One News

Notifiki

Ebda ċirkostanza ġdida mhu se ttappan ir-relazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit

Waqt żjara uffiċjali fir-Renju Unit, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ltaqa’ mal-Ministru għall-Intern Ingliż, Sajid Javid, u l-Ministru għad-Difiża Earl Howe biex jiddiskuti koperazzjoni fuq is-sigurtà u d-difiża bejn Malta u r-Renju Unit. Il-Kummissarju Għoli Ingliż f’Malta Stuart Gill ukoll kien preżenti.  

Il-Ministru Farrugia qal li r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi ilhom b’saħħithom għal diversi snin, u l-ebda ċirkostanzi ġodda mhu se jnaqqsu l-koperazzjoni ta’ bejniethom. Qal, li Malta u r-Renju Unit jistgħu isaħħu l-koperazzjoni ta’ bejniethom u jaqsmu l-esperjenzi differenti tagħhom għall-benefiċċju taż-żewġ pajjiżi.

Fost oħrajn, il-Ministru nnota t-tisħiħ fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, fosthom l-introduzzjoni tal-kunċett tal-pulizija tal-komunità. Kien stabbilit ukoll li aktar diskussjonijiet mistennija jsiru biex iż-żewġ pajjiżi jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin, u l-kollaborazzjoni li diġà teżisti tissaħħaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend