Żieda ta’ 5.5% f’persuni li qagħdu f’postijiet ta’ akkomodazzjoni kollettiva bejn Lulju u Settembru – One News

Notifiki

Żieda ta’ 5.5% f’persuni li qagħdu f’postijiet ta’ akkomodazzjoni kollettiva bejn Lulju u Settembru

It-turisti li qagħdu fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika bejn Lulju u Settembru li għadda żdiedu b’5.5% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

L-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li aktar minn ħames mija u disa’ u tmenin elf turist qagħdu fil-lukandi tul dan il-perjodu u bejniethom qattgħu aktar minn 3.3 miljun lejl, jiġifieri żieda ta’ aktar minn 3%. 

Iċ-ċifri juru wkol li t-turisti qattgħu medja ta’ kważi sitt iljieli f’Malta fl-istess ilma s-sena li għaddiet.

Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll żieda ta’ aktar minn 2% fl-użu tas-sodod li matul dan il-perjodu kienu jammontaw għal ftit anqas minn 43,000. Fil-fatt dawn żdiedu għal 84% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

L-istatistika turi wkoll li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, it-turisti li qagħdu fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika qabżu l-miljun u nofs, żieda ta’ kważi 10%.

L-iljieli li qattgħu t-turisti f’dawn il-postijiet żdiedu b’aktar minn 7%, u laħqu kwazi t-tmien miljun lejl. L-użu tas-sodod żdied bi kważi 3% u laħaq il-71%.

L-NSO qal li kważi l-kategoriji tal-lukandi kollha żiedu l-viżitaturi għalkemm l-akbar żidiet kienu fil-lukandi ta’ tlieta u erba’ stilel waqt li kien irreġistrat tnaqqis minimu fil-lukandi ta’ ħames stilel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend