Surreali l-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni!   – One News

Notifiki

Surreali l-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni!  

Jekk hemm xi ħaġa surreali huma l-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu wara s-smigħ fil-Qorti b’rabta mar-rapport tal-inkjesta Egrant. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija, b’reazzjoni għal dak li qal il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia barra l-Qorti aktar kmieni t-Tnejn.

Skont Delia, is-sitwazzjoni hija surreali għax l-Oppożizzjoni qed issofri żbilanċ politiku. Argument żbaljat mill-bidu sal-aħħar, għax Delia nnifsu kien ammetta li l-konklużjonijiet tant kienu ċari li fuqhom ried ikeċċi lil Simon Busuttil, sakemm l-eks Kap spiċċa rebaħlu.

Il-Partit Laburista tenna li l-ikbar żbilanċ politiku mhux Delia sofrih, iżda sofrewh il-Prim Ministru u familtu li għal 15–il xahar sħaħ kienu suġġett ta’ gidba ffabbrikata u kampanja kontra tagħhom quddiem il-poplu Malti.

Kampanja li Delia għamilha tiegħu meta ħalla bħala deputat tiegħu lil min kien protagonist tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend