L-inkjesta Egrant qatt ma ngħatat lil ebda persuna oħra – One News

Notifiki

L-inkjesta Egrant qatt ma ngħatat lil ebda persuna oħra

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farruiga sostna li l-kontenut tal-inkjesta Egrant ddiskutih biss mal-Prim Ministru Jospeph Muscat, il-Ministru għall-Ġustizja  u l-Avukat tal-Prim Minsitru Pawlu Lia.

Is-Sur Farrugia qal dan waqt li kien qiegħed jixhed fil-kawża li fetaħ il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali biex ikollu koppja sħiħa tal-inkjesta.  Għas-seduta tat-Tnejn, Delia deher dieħel il-Qorti akkumpanjat mill-avukat tiegħu Vincent Galea u Vince Borg magħruf bħala Ċensu l-iswed. 

Is-sur Farrugia xehed li l-intenzjoni tal-Prim Ministru kienet li jagħmel stqarrija pubblika dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta.

Tenna li l-Prim Ministru minn dejjem esprima ruħu favur il-pubblikazzjoni tal-inkjesta għax rabat il-karriera politika tiegħu magħha.

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern saħaq li ma saru l-ebda kopji tal-inkjesta li kellu l-Prim Ministru. Spjega li minħabba nuqqas ta’ ħin huwa ffoka biss fuq il-konklużjonijiet tal-inkjesta, li kienu ċari u skjetti u ħarġu li l-istorja dwar l-Egrant kienet fabbrikazzjoni mill-bidu sal-aħħar.

Fix-xhieda tiegħu, Farruiga tenna li ħadd ma talbu biex jara l-kontenut tal-inkjesta b’mod sħiħ.

Mistoqsi jekk bgħattx l-inkjesta lil xi ħadd ieħor, Farrugia kien skjett iwieġeb li meta jagħtih xi ħaġa l-Prim Ministru, ma jxerridhiex ma’ ħaddieħor.

Intant, b’reazzjoni għal dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista dwar żbilanc politiku, il-Partit Laburista qal li jekk hemm xi ħaġa surreali huma l-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni b’rabta mar-rapport tal-inkjesta Egrant.

Il-Partit Laburista qal li l-argument huwa żbaljat mill-bidu sal-aħħar għax Delia nnifsu kien ammetta li l-konklużjonijiet tant kienu ċari li fuqhom ried ikeċċi lil Simon Busuttil, sakemm l-eks Kap spiċċa rebaħlu.

Fuq kollox saħaq li l-ikbar żbilanċ politiku mhux Delia sofrih, iżda sofrewh il-Prim Ministru u familtu li għal 15-il xahar sħaħ kienu suġġett ta’ gidba ffabbrikata u kampanja kontra tagħhom quddiem il-poplu Malti. Kampanja li Delia għamilha tiegħu meta ħalla bħala deputat tiegħu lil min kien protagonist tagħha, temm jgħid il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend