FILMAT: Minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt minn binja f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

FILMAT: Minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt minn binja f’Tas-Sliema

 

Il-Libjan ta’ 26 sena li tilef ħajtu traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema aktar kmieni t-Tnejn, għamel minn tal-anqas minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt.

Filmat miġbud minn persuna li kienet fl-inħawi juri kif persuna oħra ppruvat issalva lill-vittma b’ħabel. Raġel ieħor jidher jixxabbat u jitfa’ l-ħabel qrib il-vittma, li min-naħa tiegħu prova jaħtaf il-ħabel biex isalva. Huwa jidher jissara mal-ħabel bit-tama li jilħaq il-quċċata tal-binja.

Iżda, kull tentattiv biex isalva ħajtu falla, hekk kif il-vittma ma kellux aktar saħħa jżomm mal-ħabel, bil-konsegwenza li spiċċa waqa’ għoli ta’ madwar seba’ sulari, b’tim mediku jiċċertifikawh mejjet fuq il-post.

one.com.mt kien l-ewwel fuq il-post, fejn kienet għaddejja ħidma delikata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nfetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale.

Il-filmat mhux qed jixxandar kollu fuq dan is-sit.

Ara wkoll:

BIL-FILMAT: Raġel ta’ 26 sena jmut wara li waqa’ aktar minn disa’ sulari f’Tas-Sliema

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend