Ara l-villaġġ tal-Milied li qed iħejju għalina wħud mill-persuni b’diżabiltà li huma msieħba mal-Aġenzija Sapport – One News

Notifiki

Ara l-villaġġ tal-Milied li qed iħejju għalina wħud mill-persuni b’diżabiltà li huma msieħba mal-Aġenzija Sapport

Matul il-ġimgħa, persuni b’diżabilità li jattendu f’wieħed miċ-ċentri tal-Aġenzija Sapport qed itellgħu avveniment li matulu l-pubbliku jista’ jixtri prodotti u tiżjin għall-festi tal-Milied.

Prodotti mill-isbaħ maħdumin bl-idejn minn 500 persuna li jattendu għal sessjonijiet ta’ rikrejazzoni fil-11-il ċentru tal-Aġenzija Sapport minn madwar Malta u Għawdex.

Rita Muscat, waħda mill-membri li tattendi fiċ-Kottonera tkellmet ma ONE News dwar it-tiżjin li ħejjiet għal dan l-avveniment. ONE News tkellem ukoll ma’ Maxine Penza, care worker tal-Aġenzija, dwar l-attivitajiet ta’ rikreazzjoni li jsiru ta’ kuljum f’dan iċ-ċentri:

“Dawn jgħinuhom ħafna, għaliex jieħdu pjaċir u joħorġu kuntenti. Tarahom minn wiċċhom, joħroġ ir-riżultat, u joħroġ it-tbissima fuq wiċċhom”.

Penza tkellmet ukoll dwar il-ħidma li ta’ kuljum issir f’dawn iċ-ċentri sabiex jimmassimiżżaw l-abbiltajiet tal-membri taghhom:

“Ikollna sessjoni ta’ karaoke, indoqqulhom id-diski u jkunu kuntenti jkantaw. Per eżempju, issa qlibna duq sistema tal-Milied biex nidħlu fl-atmosfera tal-Milied, u nsajru affarijiet relatati mal-Milied”.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis żar l-avveniment f’Palazzo Ferreria fil-Belt u saħaq li dawn it-tip ta’ avveniment ikomplu jsaħħu l-valur imprezzabbli ta’ nies b’diżabilità fi ħdan is-soċjetà tagħna.

Il-pubbliku għandu sal-Ħadd li ġej biex jakkwista wħud mill-oġġetti maħdmuma b’tant imħabba mill-persuni b’diżabilità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend