500 immigrant jippruvaw jaqsmu għall-Istati Uniti mill-Messiku- bosta miżmuma mill-Pulizija – One News

Notifiki

500 immigrant jippruvaw jaqsmu għall-Istati Uniti mill-Messiku- bosta miżmuma mill-Pulizija

Il-Messiku mistenni jibagħt lura lil madwar 500 immigrant li pprova jaqsam il-fruntiera Amerikana. Dan ikkonfermah il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż.

Jidher li l-grupp ta’ immigranti kien miġbur mill-awtoritajiet wara li l-Ħadd ipprova jaqsam b’mod vjolenti u illegali lejn l-Istati Uniti. Dawn jinkludu ukoll tfal. 

Jidher ukoll li l-Pulizija Amerikana li tħares il-fruntieri użat il-gass tad-dmugħ biex tikkontrolla l-miġemgħa.

Il-Ministeru għall-Intern qal li dawk li jinstabu ħatja ta’ atti illegali jew vjolenti se jkunu deportati minnufih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend