20 NGO jilqgħu pożittivament ir-riforma jilqgħu il-proposti dwar ir-riforma fil-kera – One News

Notifiki

20 NGO jilqgħu pożittivament ir-riforma jilqgħu il-proposti dwar ir-riforma fil-kera

Rappreżentanti minn 20 għaqda mhux governattiva u tal-akbar ħmistax-il kumpanija tal-gaming f’pajjiżna laqgħu b’mod pożittiv il-proposti mħabbra fil-White Paper dwar is-suq tal-kiri.

F’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes, l-għaqdiet mhux governattivi ppreżentaw id-dokument bit-titlu Pass Pożittiv b’reazzjoni għall-white paper dwar is-suq tal-kera.

Andre Callus mill-Moviment Graffiti qal li d-dokument jipproponi li l-kirjiet ma jkunux anqas minn tliet snin waqt li jingħataw inċentivi fiskali għal dawk li jiddeċiedu li jikru fit-tul.

Dan flimkien ma’ proposta li kuntratti għall-inkwilin ma jkunux inqas minn tliet snin u li jkun hemm aktar inċentivi fiskali għas-sidien li jikru r-residenzi tagħhom b’kuntratti fit-tul.

Żied jgħid li l-għaqdiet qegħdin jippropona wkoll li l-kirja marbuta ma’ kuntratt ġdid jew imġedded ma tiżdiedx b’iktar minn għaxra fil-mija tal-kuntratt preċedenti:

“Ir-reazzjoni hija waħda pożittiva, għax dan huwa dokument serju l-ewwel darba li qed jiġi rikonoxxut li s-suq tal-kera hemm bżonn ikun hemm ir-regoli fihu, jiġifieri nemmnu li dan jirrikonoxxih assolutament. Aħna waħda mis-suġġerimenti li qed inressqu hija li l-kirjiet għar-residenza ma jkunux inqas minn tliet snin”.

F’laqgħa separata mar-rappreżentnati tal-akbar 15-il kumpanija tal-gaming f’pajjiżna, iċ-Chairman tan-Network Ewropew tal-igaming Enrico Brandamante faħħar ix-xogħol li sar fuq il-White Paper.

“The white paper is an excellent first step. We are very pleased as an igaming industry that we are a part of this consultation. We as a gaming industry would like to see a stronger buy in the control of the rental prices themselves. That’s the one area that’s gonna make a very big difference in our opinion”.

Is-Sur Bradamente tenna li kirjiet eċċessivi mill-privat jistgħu jnaqqsu mill-kompettivitá ta’ Malta fis-settur tal-Gaming. Żied li l-prezzijiet tal-kirjiet għandhom jintrabtu ma’ indiċi marbuta mas-salarji aktar milli mal-prezz tal-proprjetà.

B’reazzjoni, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes laqa’ l-proposti mill-għaqdiet u qal li l-Gvern għaddej b’diskussjoni wiesgħa qabel imur b’liġi fil-Parlament waqt li t-tenna li l-Gvern m’għandux jindħal fil-prezzijiet tal-kirjiet:

“Il-mod posittiv kif laqgħu din ir-riforma din il-White Paper u l-viżjoni li għandu jkollu l-Gvern fil-qasam tal-Housing tindika b’mod ċar li kemm il-Gvern bħala stat u ħafna mill-għaqdiet jixtiequ li jkollna regolariżżazzjoni li tindirizza ħafna mill-issues li hemm marbuta mas-suq tal-kera”.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li permezz ta’ dawn il-konsultazzjonijiet ħareġ ukoll l-impenn qawwi favur inizjattiva tal-Gvern li bi sħab mal-privat iwettaq proġetti ġodda fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.

Dan bil-għan li jkun hemm numru kbir ta’ appartamenti li jinkrew bi prezzijiet affordabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend