Il-PM fi Brussel għal summit li fih ser ikun deċiż il-ftehim ta' Brexit | One News

Notifiki

Il-PM fi Brussel għal summit li fih ser ikun deċiż il-ftehim ta’ Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May kitbet ittra lill-pubbliku Ingliż fejn appellat biex juru appoġġ lejn il-ftehim ta’ Brexit, hekk kif l-Unjoni Ewropea qed tipprepara biex tiffirmah.

May qalet li l-ftehim iwiegħed futur isbaħ għar-Renju Unit u t-tluq mill-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla se jkun mument ta’ tiġdid u rikonċiljazzjoni għal pajjiż kollu.

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, jinsabu fi Brussell għal summit li fih għandhom jiddeċiedu jekk hux se jkun approvat il-ftehim.

Il-Prim Ministru qal li din hija biss formalità u mhux mistenni jkun hemm sorpriżi madankollu, tenna li hija ħasra li alleat kbir bħar-Renju Unit mhux ser jibqa’ madwar il-mejda tad-diskussjoni fl-Unjoni Ewropea. Dan għaliex Malta ser tkun qed titlef alleat li miegħu ninsabu fuq l-istess linja fuq ħafna affarijiet fosthom il-kwistjoni tat-tassazjoni.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ta r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-pajjiżi sabiex jaċċettaw il-ftehim.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend