Brexit se jtellef lil Malta alleat irrispettivament min ikun fil-Gvern | One News

Notifiki

Brexit se jtellef lil Malta alleat irrispettivament min ikun fil-Gvern

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, dalgħodu, fi triqtu lejn il-binja tal-Kunsill Ewropew, spjega kif “suppost on paper huwa kollox magħluq, il-ftehim sar, il-problema li kien hemm fl-aħħar ħinijiet ma’ Spanja rigward il-Ġibiltà tidher li ġiet solvuta wkoll.”

Muscat kompla jispjega kif “l-issue kbira mhix x’aħna ħa niddeċiedu dalgħodu, mhux qed nistennew kif naqbad ngħid sorpriża li ħadd mhux qed jistenna u li tista’ tiġri, dalgħodu tkun formalità, biss jien naħseb li l-issue kbira mhux min-naħa ta’ Ewropea imma min-naħa tal-Gvern Ingliż li jkun hemm is-saħħa u l-appoġġ biex dan il-ftehim jgħaddi fil-Parlament.”

Għal darboħra, il-Prim Ministru sostna li “aħna ma jaqblilniex li l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea, nitkellem kemm bħala Ewropa, imma fuq kollox bħala Malta.”

Fi kwistjoni bħalma hika tat-tassazzjoni, Muscat enfasizza kif l-Ingilterra hija fuq l-istess linja ta’ ħsieb ta’ Malta, għalhekk pajjiżi bħal Malta li huma like-minded, issa tkun iktar “sostanzjali għax għandek pajjiż li jaħsibha bħalna, mhux ħa jibqa’ madwar il-mejda. Malta se titlef alleat irrispettivament min ikun hemm fil-Gvern.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend