Rating ieħor ta' A+ bi tbassir stabbli għal Malta | One News

Notifiki

Rating ieħor ta’ A+ bi tbassir stabbli għal Malta


L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali bbażata fil-Ġermanja, Creditreform Rating, ikkonfermat rating ta’ A+ stabbli għal pajjiżna. Fost ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, l-esperti ta’ Creditreform Rating isemmu li pajjiżna għaddej minn “very strong expansion boosting per capita income and employment” li mistennija tkompli fis-snin li gejjin.

Il-qagħda finanzjarja tal-Gvern hija b’saħħitha b’surpluses li mistennija jkomplu u bid-dejn publiku “on a steep downward trajectory”. L-aġenzija tinnota wkoll li pajjiżna “continues to be characterized by a generally high quality of its institutional set-up”.Ir-rapport tal-Creditreform iġib fix-xejn il-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni li l-ekonomija Maltija qed tikber għax qed tiżdied il-popolazzjoni, u mhux għax in-nies qed jaqilgħu iktar. L-esperti Ġermanizi jgħidu “we also note that GDP per capita has expanded dynamically in the recent past (2013-2017: +29.5%)”. Tant żdied il-ġid nazzjonali ras għal ras li l-Creditreform jikkonkludu li “as a result, personal wealth surpassed EU-28 levels for the first time since EU accession”.

Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni jara għafsa fid-dħul tal-familji, l-esperti Ġermaniżi jgħidu li “upbeat consumer confidence, sustained growth in disposable incomes is set to foster private consumption”. Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni jsostni li l-pagi mhux ilaħħqu mal-inflazzjoni, l-esperti Ġermaniżi jgħidu li “real disposable income should be buttressed by enduring employment and wage growth which should more than offset the drag from gradually increasing inflationary pressures”. Tant li jistennew titjib fid-dħul nett tal-familji wara l-inflazzjoni ta’ kważi 4% fis-sena.

Ir-rapport tal-Creditreform jirrimarka wkoll fuq is-suċċess tal-ħidma tal-Gvern fil-qasam tax-xogħol. L-esperti jgħidu li r-rata ta’ parteċipazzjoni, li storikament kienet ħafna aktar baxxa, issa għall-ewwel darba laħqet dik fiż-żona ewro. Dan kien dovut għal “provision of free childcare” u “various measures to encourage later retirement”.

Lil hinn mill-kampanja negattiva u partiġjana li qed issir kontra pajjiżna, l-analisti oġġettivi tal-Creditreform jikkonfermaw li r-rating ta’ pajjiżna “continued to reflect the generally high quality of institutional conditions”. Jikkwotaw l-indikaturi tal-World Bank fuq il-governanza, l-qagħda ta’ pajjiżna hija simili għal dik ta’ pajjiżi oħra b’rating ta A+.

Il-Creditreform Rating jinnutaw ukoll il-ħidma li qed issir biex jissaħħu l-MFSA u l-FIAU, filwaqt li sar “remarkable progress..in accelerating court procedures”. Filwaqt li fl-2010 każ il-Qorti kien idum 866 gurnata biex jinqata, danil-perjodu diġa tnaqqas għal 446 jum permezz tar-riformi li għamel il-Gvern.

Filwaqt li jikkonkludu li “we regard Malta’s healthy and improving public finances as a key credit strength”, l-esperti ta’ Creditreform Rating ibassru li pajjiżna ser ikollu surpluses, tnaqqis fid-dejn u garanziji minkejja li ser iżid ħafna miżuri soċjali u spiża fuq proġetti kapitali.

Dan ir-rapport pożittiv minn aġenzija internazzjonali huwa konferma oħra ta’ kemm il-pjan biex f’Malta ngħixu s-suċċess huwa bbażat fuq prijoritajiet tajbin u sostennibbli li jlestu dan il-pajjiż għal futur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend