Operazzjoni kontra l-mafja Taljana tinfirex f'pajjiżna- raġel arrestat fl-ajruport | One News

Notifiki

Operazzjoni kontra l-mafja Taljana tinfirex f’pajjiżna- raġel arrestat fl-ajruport

Operazzjoni mmexxija mit-Taqsima tal-Intelliġenza Kriminali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ Taljan ta’ 33 sena, allegatament involut fil-mafja Taljana.

Sorsi qrib il-Pulizija żvelaw dan ma’ one.com.mt, u qalu li l-arrest sar fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tard il-Ħamis filgħaxija. Dan sar wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tar-raġel, minħabba l-involviment tiegħu fil-Mafja.

one.com.mt huwa nfurmat li l-arrest mill-Pulizija Maltija sar wara li aktar kmieni din il-ġimgħa saru xi operazzjonijiet fl-Italja. Dawn infirxu f’pajjiżna biex tkompli tingħalaq ix-xibka ta’ kriminalità organizzata b’konessjoni mal-mafja madwar l-Ewropa.

Ir-raġel arrestat f’pajjiżna mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin biex tinbeda l-proċedura ta’ estradizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend