L-aqwa fl-Ewropa anke online – One News

Notifiki

L-aqwa fl-Ewropa anke online

Malta żammet l-ewwel post fost il-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-egovernment, jiġifieri dawk is-servizzi governattivi online li l-gvern joffri liċ-ċittadini u lin-negozji.

Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea fil-pubblikazzjoni eGovernment Benchmark għal din is-sena.

Fir-rapport, il-Kummissjoni tinnota kif din l-amministrazzjoni wettqet ħidma bla preċedent biex tressaq is-servizzi pubbliċi qrib il-poplu, b’mod li s-servizz jasal għand in-nies minflok li n-nies ifittxu s-servizzi.

Skont ir-rapport, Malta kisbet l-aħjar riżultat fl-erba oqsma ta’ prijorità, li huma:

  • user centricity;
  •  trasparenza;
  •  aċċessibbiltà minn ċittadini oħra ewropej, u
  •  infrastruttura teknoloġika.

F’kull wieħed minn dawn il-kategoriji, pajjiżna kkwalifika fl-ewwel post minn fost il-pajjiżi kollha Ewropej.

Intant, il-Gvern se jkompli jinvesti biex isaħħaħ dan is-suċċess, fosthom b’investiment ta’ €40 miljun fil-proġett Converge, li se jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn is-servizz pubbliku u l-klijent. Dan hekk kif l-għan hu li dan il-qasam ikun aċċessibbli għall-pubbliku 24 siegħa kuljum matul is-sena kollha. Xi ħaġa, li skont il-Kummissjoni Ewropea, Malta qed jirnexxielha tilħaq ukoll.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend