Kliem Arrigo jixhed l-inkwiet intern | One News

Notifiki

Kliem Arrigo jixhed l-inkwiet intern

Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo, tkellem fl-ewwel sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Diskorsu reġa’ xehed l-inkwiet li hemm fil-Partit Nazzjonalista.

Nies jiktbu kontra xulxin u attakki. Arrigo ta x’jifhem li minn meta xhur ilu għamel l-istess appell is-sitwazzjoni ftit li xejn tjiebet:

“Ngħid xi ħaġa fuq il-Facebook, tinduna min għandu jew m’għandux fake profiles, tinduna min jibda jikteb kontra appost, jiżra l-firda u l-partit isofri”.

Saħansitra Arrigo huwa rrabjat li spiċċa injorat:

“Kemm tajt mobile numbers lil min għajjar u lil  min insulta fuq fb – tafu li ħadd ma ġie biex niltaqa’ magħhom. Ħadd mank bagħat sms biex niltaqgħu magħhom”.

Intant, filwaqt li Robert Arrigo qal li issa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ma jridx ibigħ iktar każini, żvela li proprju nħoloq kumitat dwar hekk:

“Fuq suġġeriment tal-Kap sar il-kumitat fuq il-bejgħ tal-postijiet li aħna għandna”.

Lil dawk li fl-aħħar elezzjoni għażlu li jduru mal-Partit Laburista sejħilhom switchers finanzjarji:

“Il-famużi switchers tal-2013. Is-switchers finanzjarji tal-2017”.

U finalment kellu jerġa’ jdur fuq l-inkwiet intern. Għax il-kritika għall-oppożizzjoni ddejqu.  (ARRIGO)

“Fis-sajf kellek ħafna posts fuq facebook “no opposition, where is the opposition?” Iżjed mistoqsijiet fuq il-PN milli fuq il-gvern”.

Lil dawn qalilhom li mhux se jirriżenja:

“Din is-sena kelli ħafna nies jgħajru, jinsulentaw u jgħiduli ħafna affarijiet li jweġġgħu. Allavolja jipprovaw, jien se nibqa’ hawn tul il-mandat tiegħi ta’ Viċi-Kap li tajtuni b’elezzjoni”.

U fuq kollox kellu messaġġ ċar li jinġabar f’sentenza waħda:

“Min ma jistax imexxi daru ma jistax imexxi l-gvern”.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend