Aġġornat: “Ċensu Moran dejjem ra li jġib il-marid l-ewwel u qabel kollox” – One News

Aġġornat: “Ċensu Moran dejjem ra li jġib il-marid l-ewwel u qabel kollox”

Dalgħodu, fil-Knisja Parrokjali ta’ Raħal Ġdid, mijiet ta’ persuni taw l-aħħar tislima lill-eks Ministru Laburista Vincent Moran. It-Tabib maħbub u rispettat serva għal diversi snin fil-Parlament ta’ Malta, fejn qatta’ ħajtu jgħin lil ta’ madwaru.

Hekk kif it-tebut wasal fi Pjazza Raħal Ġdid, it-Tabib ingħata tislima mill-isbaħ, b’għexieren ta’ nies emozzjonati jibdew iċapċpu.

Fl-omelija, is-saċerdot Dun Jesmond Manicaro, tenna li qalb Moran kienet imżejna b’ħafna mħabba profonda għall-fqir, għall-marid u għall-batut, fejn hu dejjem ra kif ipoġġi lill-marid qabel kollox. Is-saċerdot żied jgħid li Moran kellu żewġ virtujiet importanti, l-umiltà u l-ħlewwa. Hu temm l-omelija billi faħħar il-ħajja politika tat-Tabib u stqarr li dejjem kellu x-xewqa għal soċjetà aktar ġusta u dinja mill-isbaħ.

It-Tabib Moran mhux biss ħalla vojt u dieqa fil-qalb u l-ħajja tal-qraba tiegħu, iżda wkoll fil-qalb tal-għexieren ta’ nies li hu b’tant dedikazzjoni u sagrifiċċju għen.

 

Flimkien mal-qraba tat-Tabib Moran, għall-funeral attendew wkoll, il-President Marie Louise Colerio Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, u diversi Membri Parlamentari u eks Membri Parlamentari.

Ta’ QabelLi Jmiss