Donald Tusk jibagħat dokument dwar ir-relazzjoni futura bejn l-U.E. u r-Renju Unit lill-EU27 – One News

Notifiki

Donald Tusk jibagħat dokument dwar ir-relazzjoni futura bejn l-U.E. u r-Renju Unit lill-EU27

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk, bagħat dikjarazzjoni politika dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit lill-mexxejja tal-EU27. Huwa kkonferma fi tweet li dan l-abbozz kien approvat fil-livell ta’ negozjaturi taż-żewġ partijiet, u kien approvat anke fuq livell politiku.

Il-mexxejja tal-bqija tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea mistennija jiltaqgħu nhar il-Ħadd li ġej fi Brussell biex jiddiskutu dan l-abbozz li ntbagħatilhom illum, kif ukoll l-abbozz ta’ Theresa May dwar Brexit.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jattendi għal dan is-summit straordinarju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend