L-Ispeaker iżur l-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary School fin-Naxxar – One News

Notifiki

L-Ispeaker iżur l-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary School fin-Naxxar

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia żar l-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary Schoolfin-Naxxar. Hu inawgura l-fiera dwar in-Non-Governmental Organisations (NGOs). Matul din iż-żjara, l-Ispeaker kellu laqgħa ta’ djalogu mal-istudenti tal-iskola.

Fid-diskors tiegħu lill-istudenti, l-Ispeaker tkellem dwar l-importanza tal-volontarjat u ddeskriva ħidma fil-volontarjat bħala waħda altruwista, fejn wieħed jagħti l-ħin tiegħu sabiex ikun ta’ servizz u t’għajnuna għal ħaddieħor, l-aktar għaż-żgħar u għall-fqar tas-soċjetà u fid-dinja. B’hekk kull ħidma volontarja hi mezz sabiex tisseddaq l-imħabba fost il-bnedmin.

L-Ispeaker saħaq li kull meta wieħed jagħti jirċievi lura bil-bosta. “Bħal kwalunkwe xogħol, ix-xogħol volontarju jgħin lil dak li jwettqu jsir bniedem sħiħ, bniedem li hu soċjali, bniedem li għandu xogħol biex jgħin lil oħrajn.”

Matul din iż-żjara, l-Ispeaker ippreżenta lil-librerija tal-iskola kotba ppubblikati mill-Parlament ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend