ARA: Il-Ministru Ian Borg iżur il-proġett infrastrutturali fi Triq tal-Balal – One News

Notifiki

ARA: Il-Ministru Ian Borg iżur il-proġett infrastrutturali fi Triq tal-Balal

Miexi b’mod avvanzat ix-xogħol fit-Triq tal-Balal f’San Ġwann, b’tul ta’ 1.8km.

Triq mill-aktar traffikuża li tgħaqqad l-inħawi tan-Naxxar, il-Għargħur u l-Iklin ma’ San Ġwann u mal-inħawi viċini li jiġbdu ħafna traffiku lejhom ta’ kuljum.

B’kollox ta’ kuljum din it-triq tintuża minn aktar minn 2,100 karozza fis-siegħa fil-ħinijiet ta’ filgħodu u filgħaxija.

Il-proġett b’investiment ta’ €4 miljun, se jwassal biex din it-triq ikollha erba’ korsiji, tnejn f’kull direzzjoni. Flimkien mal-introduzzjoni ta’ bosta faċilitajiet differenti li huma immirati biex jagħmluha aktar sikura u effiċjenti.

Il-Perit ta’ Infrastruttura Malta Audrey Testaferrata De Noto qalet li b’dan il-proġett il-konġestjoni tat-traffiku fit-Triq il-Balal se jonqos b’40%.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg li żar il-proġett, qal li l-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ ħitan apposta biex jappoġġjaw il-piż u l-ammont ta’ vetturi li jgħaddu minn din it-triq.

Huwa żied jgħid li l-proġett jinkludi aktar minn 4km ta’ cables minn taħt l-art biex ma jkunx hemm wires għaddejjin bejn arblu u ieħor.

Il-proġett qiegħed jara l-bini ta’ aktar minn 2 kilometri ħitan tas-sejjieħ kif ukoll aċċess aħjar u aktar sigur għall-bdiewa u s-sidien tal-artijiet f’din it-triq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend