“Malta rivoluzzjonarja”- kumpaniji tal-produzzjoni tal-kannabis mediċinali impressjonati b’Malta f’dan il-qasam – One News

Notifiki

“Malta rivoluzzjonarja”- kumpaniji tal-produzzjoni tal-kannabis mediċinali impressjonati b’Malta f’dan il-qasam

Beda jitlaqqa’ f’Malta l-ewwel forum dinji tal-Kannabis Mediċinali. Il-Forum mifrux fuq jumejn qed ilaqqa’ l-aqwa mħuħ u kumpaniji fid-dinja li għażlu li jiġi f’pajjiżna sabiex jiddiskutu l-preżent u futur ta’ din l-industrija. Dan wara li fl-aħħar xhur, Malta approvat bosta liġijiet innovattivi fil-qasam tal-kannabis mediċinali. 

 

Fil-forum qed jieħdu sehem aktar min tmien mitt delegat li ġejjien mill-aqwa 50 kumpanija fid-dinja fil-produzzjoni tal-kannabis mediċinali. Ewlenin fosthom il-kumapnija MGC Pharma.

Ron Lipsky, il-manager tal-iżvilupp tan-negozju ta’ din il-kumpanija li hija bbażata f’Londra jgħid x’wassal biex diversi kumpaniji qed jagħżlu li jibdew joperaw minn pajjiżna:

“Legislation in Malta has been revolutionary in also presuming companies to come to the country, and we never seen that in any other country. We have companies in operation in Australia and Europe, and Malta has by far been the most welcoming in building an industry here”.

Huwa qal kif pajjiżna mistenni jibqa’ l-ewwel f’dan il-qasam.

Kumpanija oħra li qed tippjana li tibda topera minn pajjiżna hija CannAssure, li qalet li Malta hija l-post it-tajjeb fl-Ewropa għal dan is-settur. Qalet ukoll li Malta hija minn ta’ quddiem fl-opportunitajiet f’dan il-qasam u qed tibda l-proċess biex tistabbilixxi ruħha hawn Malta.

Il-forum kien indirizzat mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment Chris Cardona li stqarr li ftit xhur wara li l-Parlament irregola dan il-qasam, Malta ġibdet l-aqwa kumpaniji:

“Bħala pajjiż qegħdin nuru li nistgħu nattiraw l-aqwa tobba u xjenzati, l-aqwa riċerkaturi f’dan is-settur u flimkien mal-industrijalisti li jkunu lesti jidħlu f’dan is-settur imexxu l-operazzjonijiet ekonomiċi tagħhom fil-pajjiż tagħna bil-għan li nkunu ġurisdizzjoni li tkun market leader fl-Unjoni Ewropea”.

Il-forum infetaħ mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista li tkellem dwar il-miżuri leġislattivi li ġew implimentati mill-Gvern fl-aħħar xhur. Huwa sostna li malta tista’ ssir ċentru ta’ eċċellenza f’dan il-qasam. Min-naħa tagħha l-Ewro-Parlamentari Laburista Miriam Dalli qalet li l-pazjenti għandhom il-jedd li jkunu jafu u jkollhom aċċess għall-kannabis mediċinali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend