Imħabbar il-programm tal-Milied f’Għawdex- Jonas Blue se jwassalna għall-2019 b’kunċert fil-belt Victoria – One News

Notifiki

Imħabbar il-programm tal-Milied f’Għawdex- Jonas Blue se jwassalna għall-2019 b’kunċert fil-belt Victoria

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Carauana ħabbret il-programm tal-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena li se jiġu organizzati f’Għawde bejn l-1 ta’ Diċembru u s-6 ta’ Jannar 2019. Din hi l-ħames sena li l-Ministeru għal Għawdex qed ifassal proġramm imżewwaq speċifikatament għall-festi tal-Milied f’Għawdex. Il-programm ‘Milied f’Għawdex – l-għażla għal dan il-Milied huwa Għawdex’ hu programm varjat li jolqot il-gosti ta’ kulħadd u li se jssir f’ambjent sabiħ u akkoljenti, fissret il-Ministru għal Għawdex. 

Il-Ministru Caruana qalet li dan il-programm, li jinkludi ukoll iċ- ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena,tfassal minn tim li nħoloq apposta li għal dawn l-aħħar xhur ħadem bis-sħiħ biex mhux biss ħejja l-programm imma wkoll ħa ħsieb li jkun hemm l-involviment tal-Gvern, tas-settur privat u dak volontarju.‘Dan hu programm imsawwar fuq it-tradizzjonijiet u l-valuri vera tal-Milied’, qalet il-Ministru. Hi spejgat kif il-Ministeru kompla jibni fuq il-programm tas-sena l-oħra fejn l-veru tifsira tal-Milied se nħossuha u ngħixuha f’kull tappa tiegħu  Il-Ministru Caruana  saħqet li dan il-Milied, permezz ta’ dan il-programm irid jivvalorizza dak kollu li hu Għawdxi billi  jispikkaw it-tradizzjonijiet, prodotti tipiċi lokali u t-talent kulturali kbir li għandna f’Għawdex.’

Fir-riġward taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel tas-Sena, l-Ministru Caruana qalet li għall-ewwel darba, l-Ministeru irnexxielu jattira lejn Għawdex artist ta’ fama internazzjonali biex iżewwaq s-serata u ngħatu merħba lis-sena l-ġdida fil-pjazza ewlenija tal-Belt Victoria. L-artist Jonas Blue se jagħti spettaklu flimkien mall-band Għawdxija The Travellers, Ganni & Friends u artisti oħra Għawdxin.

Il-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lil dawk kollha li taw is-sapport tagħhom għal din l-inizjattiva u awgurat lil dawk kollha li se jkunu fostna  esperjenza unika tal-Milied fejn Għawdex se jerġa’ jkun il-post idejali għal dawn il-jiem ta’ ferħ.  Dan għaliex il-programm kollu jgħaqqad u jikkumplimenta t-tradizzjonijiet reliġjużi u kulturali tant magħrufin minn kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend