Erba’ persuni mejta wara sparaturi fi sptar f’Chicago – One News

Notifiki

Erba’ persuni mejta wara sparaturi fi sptar f’Chicago

Erba’ persuni nqatlu waqt sparatura li seħħet fi sptar f’Chicago, l-Istati Uniti. 

Is-Sindku, Rahm Emanuel, ikkonferma li l-vittmi huma tabiba, spiżjara, uffiċjal tal-Pulizija u l-aggressur innifsu. Għadu mhux magħruf jekk l-aggressur qatilx lilu nnifsu, jew mietx b’xi tiri li kienu sparati lejh.

Għalkemm ir-raġuni wara l-mottiv għadha mhix magħrufa, jidher li l-aggressur kellu fil-mira tiegħu mara li kien f’relazzjoni magħha.

Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi, b’dispjaċir, is-Sindku nnota li Chicago tilef tliet professjonisti li kienu għaddejjin bil-ġurnata tagħhom jipprattikaw dak li tant kienu jħobbu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend