Mara akkużata b’ħasil ta’ flus għal għaqda majfuża arrestata f’Malta – One News

Notifiki

Mara akkużata b’ħasil ta’ flus għal għaqda majfuża arrestata f’Malta

Il-mara ta’ ħu l-kap tal-għaqda mafjuża Sqallija Capriati ma kkontestatx mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tagħha, hekk kif tressqet il-Qorti f’Malta aktar kmieni t-Tnejn.

Mariella Franchini ta’ 57 sena minn Bari, u li tgħix l-Imsida, affaċċajt mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mit-Tribunal ta’ Bari, fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus għall-mafja. Huwa maħsub li din ħaslet mas-€650 miljun.

Hija kienet arrestata fuq allert ta’ sistema ta’ informazzjoni miż-żona Schengen. L-awtoritajiet eventwalment sabuha u arrestawha f’Malta. 

L-Ispettur Mark Galea, li xehed fil-Qorti, spjega kif hu kien infurmat bil-preżenza tal-akkużata mill-awtoritajiet Taljani, bħala parti minn investigazzjoni Taljana dwar ħasil ta’ flus, kriminalità organizzata, u kontra l-mafja. Qal ukoll li l-awtoritajiet qed jikkoperaw bi sħiħ ma’ dawk Taljani.

L-avukat Marita Pace Dimech dehret għall-akkużata, b’din tal-aħħar taċċetta l-estradizzjoni tagħha biex taffaċċja proċeduri kriminali fl-Italja.

Seba’ xhur ilu, il-Pulizija f’Bari wettqet operazzjoni delikata biex tinqabad l-għaqda Capriati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend