Macron irid relazzjoni aktar b'saħħitha mal-Ġermanja | One News

Notifiki

Macron irid relazzjoni aktar b’saħħitha mal-Ġermanja

Il-President Franċiż Emmanuel Macron appella għal relazzjonijiet aktar b’saħħithom bejn Franza u l-Ġermanja, u qal li l-Ewropa għandha l-obbligu li ma tħallix lid-dinja taqa’ f’kaos.

Macron qal dan f’Berlin hekk kif kien mistieden għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-jum nazzjonali li jfakkar il-vittmi tal-gwerra. 

Fl-istess diskors fil-Parlament Ġermaniż, appella biex il-pajjiż jappoġġja l-armata Ewropea biex din ma tibqax tiddependi wisq fuq l-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend