Jean Todt f’Malta biex iqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà fit-toroq – One News

Notifiki

Jean Todt f’Malta biex iqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà fit-toroq

L-Uffiċjal għas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda dwar is-sigurtà fit-toroq, Jean Todt, jinsab Malta biex flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa jqajjem aktar għarfien dwar is-sigurtà fit-toroq madwar id-dinja.

F’konferenza li hu kien parteċipi fiha ntqal kif madwar id-dinja, aktar minn miljun persuna fis-sena jmutu kawża ta’ xi inċident tat-traffiku.

F’kummenti ma’ ONE News, Todt qal li din il-kampanja madwar id-dinja qed taħdem għal infrastruttura aħjar tat-toroq u kampanji edukattivi dwar is-sewqan fost oħrajn biex flimkien innaqqsu l-fatalitajiet fit-toroq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend