Tibda protesta kbira fi Franza | One News

Notifiki

Tibda protesta kbira fi Franza

Xufiera bdew jostakolaw it-traffiku fi Franza billi mblukkaw toroq, pontijiet u kabini tan-nollijiet fi portesta kbira kontra ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil.

Imlaqqma ‘yellow vests’ minħabba l-ġkieket li jidhru mil-bogħod li qed jużaw bħala s-simbolu tagħhom, huma mistennija jkunu stazzjonati f’seba mitt post differenti.

Huma qed jakkużaw lil President Emmanuel Macron li qed jabbanduna lin-nies iż-żgħar. Dan filwaqt li Macron ammetta dil-ġimgħa li ma rnexxilux jgħaqqad il-poplu Franċiż mal-mexxejja tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend