Jinstab sottomarin sena wara li sparixxa – One News

Jinstab sottomarin sena wara li sparixxa

Il-flotta navali tal-Arġentina qalet li nstab sottomarin li spiċċa nieqes b’44 persuna abbord is-sena l-oħra.

Is-sottomarin ARA San Juan sprixxa 430 kilometru ‘il barra mill-kosta tal-Arġentina fil-15 ta’ Novembru 2017.

Il-flotta waqfet il-missjoni ta’ salvataġġ ġimgħatejn wara li sparixxa s-sottomarin.

Madanakollu, sena u jum wara li spiċċa nieqes, uffiċjali ħabbru li nstab tmien mitt metru taħt il-wiċċ tal-Oċean Atlantiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend