Iktar minn elf persuna nieqsa f'Kalifornja | One News

Notifiki

Iktar minn elf persuna nieqsa f’Kalifornja

Iktar minn 1,000 persuna huma rrappurtati nieqsa kawża tan-nirien f’Kalifornja, li ħallew eluf ta’ djar meqruda u ħalla wieħed u sebgħin persuna mejta.

Fil-jum tal-Ġimgħa, in-numru ta’ nies mejta żdied minn tlieta u sittin, tmint ijiem wara li n-nirien bdew fit-Tramuntana ta’ Kalifornja.

Madanakollu, iż-żieda drastika f’dawk nieqsa – minn 631 persuna għal 1,011 f’24 siegħa – jaf ma tkunx preċiża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend