Diskursata ma' Joseph Calleja | One News

Notifiki

Diskursata ma’ Joseph Calleja

It-tenur magħruf Joseph Calleja se jżur il-Mużew Il-ĦAĠAR fi Pjazza San Ġorġ, Victoria nhar il-Ġimgħa 30 ta’ November biex jagħti ħarsa  lejn il-karriera illustri tiegħu fi djalogu publiku mis-6.30pm. Se jintervistah Steve Mallia.

Se jżur ukoll kemm l-Arkivju ta’ Joseph Vella li kien responsabbli għad-debutt operistiku tiegħu fl-1997 fit-Teatru Astra kif ukoll wirja temporanja għall-Ġublew tad-Deheb tal-istess teatru. Hu ppjanat li jiffirma kotba maħruġa għall-okkażjoni.

M’hemmx ħlas tad-dħul iżda dawk interessati mitluba jibbukkjaw permezz ta’ email [email protected] Kulħadd mitlub li jkun f’postu sas-18.10.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend