Dalwaqt tkun iċċelebrata l-festa liturġika ta’ Kristu Re – One News

Notifiki

Dalwaqt tkun iċċelebrata l-festa liturġika ta’ Kristu Re

Il-Knisja Kattolika ser tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il-Ħadd, 25 ta’ Novembru 2018. Għal din il-festa li tagħlaq is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qed jistieden lill-Insara biex jingħaqdu miegħu għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil-5:00p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn tingħad it-Talba tal-Għasar.

Waqt l-Għasar, Mons. Arċisqof ser jagħmel ir-riflessjoni tiegħu f’din il-festa importanti għall-Insara u wara jagħti l-Barka Sagramentali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend