Jinżamm arrestat wara li stupra, hedded, u insulta lill-eks sieħba – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li stupra, hedded, u insulta lill-eks sieħba

Barrani ta’ 39 sena tressaq il-Qorti mixli bi 17-il akkuża fosthom li stupra, insulta, u hedded lill-eks sieħba tiegħu. Dan wara li wasal rapport għand il-Pulizija mingħand l-eks sieħba tal-akkużat, li qalet li kienet f’relazzjoni vjolenti.

Huwa affaċċja akkużi wkoll li kien qed isegwi lill-eks sieħba u kull mossa tagħha fuq l-internet jew mezz ta’ komunikazzjoni ieħor, u li ndaħal f’affarijiet personali tagħha. Minħabba f’hekk, il-mara kienet qed tibża’ li se tintuża xi vjolenza kontriha. Jidher li l-vittma għamlet ir-rapport mal-Pulizija wara li nqala’ argument bejniethom minħabba l-użu ta’ mobile.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni temporanja favur il-vittma, u ordnat ukoll li din tixhed fil-Qorti fl-ewwel smiegħ tal-każ.

Ir-raġel se jinżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend