“Ma tistax tittama għal xi ħaġa aħjar”- l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem dwar il-klima ekonomika ta’ Malta – One News

Notifiki

“Ma tistax tittama għal xi ħaġa aħjar”- l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem dwar il-klima ekonomika ta’ Malta

Il-President tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem Dolores Sammut Bonnici laqgħet il-miżuri li tħabbru fil-budget għas-sena d-dieħla favur in-negozji ż-żgħar u medji. 

 

F’seminar li ddiskuta l-isfidi ewlenin li qed jgħaddu minnhom in-negozji f’Malta, is-Sinjura Sammut tenniet l-isfida ta’ nuqqas ta’ ħaddiema fis-suq tax-xogħol:

“Għandna sfida lokali li għandna nuqqas ta’ ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Hija essenzjali li jkollna l-ħaddiema iżda rridu nimmaniġġjawha aħjar”.

Il-President tal-MEA laqgħet l-estenzjoni tal-miżuri mħabbra fil-baġit dwar il-konċessjoni għat-trasferiment tan-negozju li naqqset ir-rata tal-boll minn 5% għal 1.5% meta ġenitur jittrasferixxi n-negozju lil uliedu. Hija laqgħet ukoll l-inizjattiva tal-Malta Enterprise li tiftaħ ukoll filgħaxija.

Dwar il-klima ekonomika f’pajjiżna, Sammut Bonnici qalet li din hija eċċitanti ħafna u ħeġġet lin-negozji biex jinvesti f’sistemi ġodda biex jibqgħu kompetittivi:

“Il-klima hi eċċitanti ħafna, ma tistax tittama għal xi ħaġa aħjar. Is-suċċess iġib miegħu id-diffikultajiet ukoll. Irridu nindirizzaw dawn il-problemi, li mhux daqshekk kbar li naħseb ma nirkuprawhomx”.

 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li l-Gvern se jkompli jinċentiva lin-negozji b’għadd ta’ skemi biex ikabbru l-attività ekonomika tagħhom:

“Ninċentivaw aktar negozji li huma żgħar biex ikollhom minn naħa waħda suċċess aktar b’saħħtu għall-finanzi, u wkoll li jkunu f’pożizzjoni li jaddottaw ruħhom għal dinja li qed ittihom ħafna innovazzjoni, ħafna opportunitajiet, imma trid tgħabbihom b’ħafna responsabbiltà ta’ riċerka”.

 

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri għamel referenza għal żewġ summits kbar li ttellgħu f’Malta fil-qasam tal-blockchain u qal li dawn qed igawdu minnhom bosta negozji żgħar u medji f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend