“Ninsabu eqreb minn qatt qabel għal Brexit”- Theresa May – One News

“Ninsabu eqreb minn qatt qabel għal Brexit”- Theresa May

Ir-Renju Unit jinsab eqreb aktar minn qatt qabel biex iwassal ir-riżultat tal-vot Brexit. Dan qalitu l-Prim Ministru Theresa May lill-Membri Parlamentari meta tkellmet qabel laqgħa kruċjali tal-kabinett b’rabta mal-abbozz dwar il-ftehim ta’ Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.

Hija qalet li l-House of Commons se tagħti l-kontroll tal-fruntieri, l-liġijiet u l-finanzi lir-Renju Unit, filwaqt li tipproteġi n-negozju u l-impjiegi.

Iżda l-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qal li r-Renju Unit se jibqa’ mwaħħal f’post indefinit mingħajr ebda vuċi fuq ir-regoli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend