L-aħħar staġun ta' Game of Thrones se jixxandar f'April li ġej | One News

Notifiki

L-aħħar staġun ta’ Game of Thrones se jixxandar f’April li ġej

Fl-aħħar!

Segwaċi tas-serjea poplari Game of Thrones ingħataw aħbar tajba aktar kmieni llum, hekk kif l-istazzjon HBO ħabbar li l-aħħar staġun tas-serje, li se jkun ukoll it-tmien wieħed, se jixxandar f’April li ġej.

F’filmat li xandar illum, l-istazzjon xorta ma żvela xejn dwar x’se jkun qed jiġri fl-aħħar staġun.

Għalkemm issa huwa kkonfermat li kollox se jintemm f’April 2019, għadu mhux magħruf il-jum li fih se joħroġ l-ewwel episodju tal-aħħar staġun.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend