Ir-residenti ta' Ħal Kirkop issa se jgawdu minn gym miftuħ | One News

Notifiki

Ir-residenti ta’ Ħal Kirkop issa se jgawdu minn gym miftuħ

F’Ħal Kirkop ġie inawgurat il-proġett tal-gym miftuħ. Proġett bi sħab bejn il-Kunsill Lokali u kumpanija privata. 

Fil-preżenza tal-Prim Ministru, li inawgura dan il-proġett u fakkar kif din l-inizzjattiva qed issir b’fondi importanti biex il-ħidma fil-komunità tkun tassew effettiva, is-Sindku żagħżugħ ta’ dan ir-raħal, Terence Agius, saħaq li dan il-gym se jservi ta’ rikreazzjoni għal bosta:

“Dan huwa open gym li bejn wieħed u ieħor sar b’investiment ta’ €25,000, li tikkonsisti mill-bankina u l-operat li hawn hawnhekk, bid-dawl ġdid u kollox modern. Apparti hekk aħna, flimkien mal-privat rajna li dan l-open gym, spazju fejn, inkomplu b’messaġġ fejn nippromovu l-isports sabiex nippruvaw nisfidaw dik il-ġlieda tal-obeżità”.

Filwaqt li kull min jasal wasla sa dan il-gym jilmaħ magni li fuqhom jista’ jagħmel l-eżerċizzju u b’hekk jaħraq numru ta’ kaloriji, f’dan l-ispazju miftuħ issib monument li jfakkar dan il-ftuħ.

L-artist li ddisinja dan il-monument, Clint Grech, tkellem dwar l-kunċett marbut miegħu:

“Taf int, dan l-għarfien, minħabba waste reduction u hekk u ridna naraw x’nivvintaw b’affarijiet użati u ġiet din l-idea li nagħmlu żewġ dumbles, magħmulin mit-tyres, mimlijin bil-konkos u expandable foam u dak tan-nofs huwa magħmul minn ċilindru, jiġifieri ċilindri kkundannati u għidna ħa nagħmlu xi ħaġa b’dawn biex tiġi din il-lapida”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend