"Kull deċiżjoni li tittieħed dwar il-futur tal-Libja trid tkun waħda fit-tul"- il-PM | One News

Notifiki

“Kull deċiżjoni li tittieħed dwar il-futur tal-Libja trid tkun waħda fit-tul”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien impenjat f’konferenza f’Palermo li ddiskutiet is-sitwazzjoni u l-ġejjieni tal-Libja.

Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn li kull deċiżjoni li tittieħed tkun waħda fit-tul fil-kuntest u meħuda mil-Libjani stess.

Sostna li l-komunità internazzjonali trid tkun hemm biex tgħin il-proċess demokratiku jseħħ fil-Libja.

Dan hekk kif fisser li mill-istabbiltà fil-pajjiż ġarr tagħna, tgawdi l-komunità internazzjonali kollha, speċjalment il-pajjiżi tal-Mediterran.

F’din il-konferenza spikka wkoll il-mument li fih il-mexxejja rivali Libjani, jiġifier l-Kap tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali Fayez al Serraj u l-Ġeneral Khalifa Haftar, ltaqgħu u ħadu b’idejn xulxin fil-preżenza tal-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte.

Il-laqgħa ta’ ftit minuti bejn il-protagonisti Libjani kienet l-ewwel waħda fl-aħħar ħames xhur li l-mexxejja rivali Libjani ltaqgħu, għalkemm ftit li xejn jidher li qorbu lejn xi ftehim bejniethom.

Fil-fatt Haftar jidher li telaq mill-ewwel mill-Italja. Madankollu skont sorsi diplomatiċi, matul il-laqgħa, il-ġeneral assigura li Sarraj se jibqa’ fil-poter sal-elezzjoni. L-istess imkejjen qalu li hemm possibbilta tajba lil-Konferenza Nazzjonali tal-Libja, l-ewwel pass għall-elezzjoni, tista’ sseħħ f’Jannar.

Din il-konferenza mtella mill-Gvern Taljan kienet maħsuba tagħti spinta lill-proċess ta’ paċi mfassal min-Nazzjonijiet Magħquda u maqbul f’Pariġi f’Mejju li għadda.

Min-naħa tiegħu, l-kap tal-gvern Taljan qal li l-konferenza ma kinitx maħsuba biex jittieħdu r-ritratti, iżda inizjattiva li tappoġġja l-isforzi tan-Nazzjonijiet Magħquda biex jitkompla d-djalogu għal stabbiltà u paċi fil-Libja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend