Filmat: Pariġi tfakkar lill-uliedha li nqatlu fl-attakki ta’ Novembru 2015 – One News

Notifiki

Filmat: Pariġi tfakkar lill-uliedha li nqatlu fl-attakki ta’ Novembru 2015

Pariġi fakkret lil uliedha li nqatlu fit-13 ta’ Novembru 2015 b’purċissjoni li għaqdet lis-sitt postijiet fejn seħħew l-attakki, minn Saint-Denis għal Pariġi. 

Fil-lejl tat-13 ta’ Novembru 2015, disat irġiel wettqu serje ta’ attakki viċin l-iStade de France f’Saint-Denis, fis-sala tal-kunċerti Bataclan, u f’diversi ristoranti madwar il-kapitali Franċiża. 130 persuna mietu f’dawn l-attakki, u 350 sfaw midruba.

L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku refa’ r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk.

Fost l-aktar filmati li kissru l-qlub ta’ kull min xi darba jew oħra żar Pariġi, hemm filmat ta’ swied il-qalb li juri partiartji Franċiżi jevakwaw l-iStade de France minħabba l-isplużjonijiet.

Hekk kif intebħu li dan kien attakk terroristiku, infexxew ikantaw l-Innu Nazzjonali ta’ Fraza, La Marseillaise, bħala turija qawwija ta’ qlubija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend