André Schembri jħabbar li se jirtira min-Nazzjonal – One News

Notifiki

André Schembri jħabbar li se jirtira min-Nazzjonal

Il-footballer Malti André Schembri ħabbar li se jirtira min-Nazzjonal wara aktar minn 20 sena fit-tim. F’messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Schembri qal li jħoss li wasal iż-żmien li jħalli plejers oħra jieħdu postu. 

Żied jgħid li jħossi pożittiv ferm bl-uċuħ ġodda fix-xena u li għandhom dritt jiffjorixxu fis-settur.

Schembri, li għandu 32 sena, qal li minħabba l-età tiegħu huwa wasal lejn tmiem il-karriera tiegħu.

“Kien unur u privileġġ li rrappreżentajt lill-pajjiżi f’kull livell. Dejjem kont kburi li lbist il-flokk ta’ Malta”, qal Schembri.

Huwa żied jirringrazzja lill-qrabatu, sapporters, u kowċes, u kollefi tiegħu li ħadem maħghom tul il-karriera tiegħu.

“Kien vjaġġ inkredibbli”, temm jgħid Schembri.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend