"Telfa waħda wara l-oħra"- MP Ingliż dwar Brexit | One News

“Telfa waħda wara l-oħra”- MP Ingliż dwar Brexit

“Il-jum tal-ġudizzju” fuq Brexit wasal hekk kif ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea se jkunu qed jissieltu għal ftehim fit-48 siegħa li ġejjin.

Uffiċjali mill-Gvern Ingliż ikkonfermaw li l-Gvern f’Westminster qed jipprova jiffinalizza t-termini ta’ Brexit sa nhar l-Erbgħa li ġej, biex b’hekk, il-mexxejja Ewropej ikunu jistgħu jiddiskutuh u joħorġu l-verdett finali dwaru sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. 

L-uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street, Londra, qal li minkejja li d-diskussjonijiet saru tul il-lejl kollu, għad hemm kwistjonijiet sostanzjali li għad iridu jissolvew.

Il-Membru Parlamentari Ingliż Mark Francios iddeskriva l-mod kif May mexxiet in-negozjati Brexit bħala “telfa, waħda wara l-oħra”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend