Imnedija l-awtobijografija ta’ Duminku Mintoff – One News

Notifiki

Imnedija l-awtobijografija ta’ Duminku Mintoff

Fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta tnediet uffiċjalment l-awtobijografija dwar il-Perit Duminku Mintoff.

Is-serata kienet imqassma f’diversi partijiet, fosthom qari ta’ siltiet mill-ktieb u anke diskussjoni minn Patri Dionisju Mintoff, li jiġi ħu l-Perit, Dr Maria Brown kif ukoll min-neputi tal-Perit, Daniel Mainwaring.

Il-ktieb jittratta siltiet miktuba mill-eks prim ministru Mintoff innifsu, fejn fih wieħed jista’ jsir jaf mill-qrib lill-Perit mil-lenti ta’ ribell soċjalista.

Yana Bland Mintoff, li hija waħda mill-protoganisti fil-ġabra ta’ din l-awtobijografija u bint il-Perit Mintoff, stqarret ma’ ONE News kif kull kelma fil-ktieb hija ta’ missierha u li għall-ewwel darba l-poplu Malti jista’ jgħix il-ħajja tal-perit minn kitbietu:

“Kull kelma hija tiegħu, u din hija l-ewwel darba li n-nies jistgħu jaqraw il-kliem tiegħu dwar kif wasal fejn wasal, u kif sawwar it-twemmin tiegħu, u kif għadda minn dawk il-kriżi”.

 

In-neputi tal-Perit Mintoff, Daniel Mainwaring, spjega l- punti ewlenin li l-qarrej jista’ jsib f’dan il-ktieb. Tispikka fih ir-ribelljoni soċjalista ta’ Mintoff, fosthom il-kwistjoni politiko-reliġjuża:

“In Dom’s time, and for Dom it was primarily about the rebellion against the Catholic Church, and moving his way to redeeming his soul to socialism”.

 

It-tnedija uffiċjali ngħalqet b’diskor mill-President ta’ Malta Marie Louise Coliero Preca.

Il-ktieb jista’ jinxtara mill-ħwienet ewlenin tal-kotba madwar Malta u Għawdex kemm b’verżjoni bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend