Il-bastiment li ħabat ma' tanker taż-żejt li jtajjar bandiera Maltija kien imwissi dwar l-inċident | One News

Notifiki

Il-bastiment li ħabat ma’ tanker taż-żejt li jtajjar bandiera Maltija kien imwissi dwar l-inċident

Il-bastiment tal-gwerra Norveġiż li ħabat ma’ tanker taż-żejt li jtajjar bandiera Maltija kien imwissi li jista’ jiġri dan l-inċident.

Jidher li l-KNM Helge Ingstad kien ilu jiem sħaħ fil-periklu qabel il-ħabta fi fjord viċin Bergen, in-Norveġja. Dak il-ħin kien hemm 137 persuna abbord, u tmien persuni sfaw midruba.

Il-bastiment jidher li kien qed jirritorna minn eżerċizzji militari marbuta man-NATO. It-tanker, Sola TS, ġarrab xi ħsarat iżda ma nxtered l-ebda żejt.

Terminal taż-żejt ewlieni fl-inħawi kif ukoll impjant tal-gass intfew bħala prekawzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend