Ftit li xejn ċans li l-pjan dwar Brexit jikseb l-appoġġ tal-Parlament Ingliż – One News

Notifiki

Ftit li xejn ċans li l-pjan dwar Brexit jikseb l-appoġġ tal-Parlament Ingliż

Diversi Ministri fil-kabinett Ingliż esprimew dubji serji dwar il-pjan preferut għal Brexit tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May.

Huma ddeskrivaw dan il-pjan bħala wieħed “inkwetanti” u “diżappuntanti”. Minħabba f’hekk, May qed issibha diffiċli biex tilħaq ftehim u saħansitra tikseb l-appoġġ mill-Gvern li tmexxi hi stess dwar dan il-każ.

Jidher li żewġ Ministri li tkellmu mal-BBC qalu li hemm ċans żgħir ħafna li l-pjan ta’ May jikseb l-appoġġ ta’ Westminster. Wieħed minnhom wasal biex iddeskrivih bħala pjan li se jweġġa’ lir-Renju Unit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend