AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Tliet karozzi jieħdu n-nar f’Santa Venera – One News

Notifiki

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Tliet karozzi jieħdu n-nar f’Santa Venera

 

Tliet karozzi ħadu n-nar f’bitħa fi Triq il-Kanun, Santa Venera.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-15:50 m,eta għal xi raġuni, bitħa li fiha hemm il-garaxxijiet ħadet in-nar.

Konsegwentament, tliet karozzi tat-tip Renault, Volvo u Hyundai inħakmu min-nirien. Sa issa għadu mhux stabbilit x’ ikkawża n-nar.

Minnufih intbgħatu żewġ karozzi tat-tifi tan-nar sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, filwaqt li l-pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun mmexxija mill-Ispettur Wayne Camilleri qed jinvestigaw il-każ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja qed imexxi l-inkjesta maġisterjali li nħatret dwar dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend