Se tkun tista’ tixtri l-biljett tal-Gozo Channel mill-internet jew mill-mobile – One News

Notifiki

Se tkun tista’ tixtri l-biljett tal-Gozo Channel mill-internet jew mill-mobile

Ħareġ it-tender li permezz tiegħu l-Gozo Channel se tibda tħaddem sistema innovattiva fejn il-biljetti tal-vapur ikunu jistgħu jinxtraw kemm online kif ukoll b’applikazzjoni fuq il-mobile.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li b’dan l-iżvilupp bla preċedent, il-Gozo Channel se tkun f’pożizzjoni li ttejjeb l-operat tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza u servizz aħjar għall-klijenti. Se tkun ukoll qed titwettaq wegħda elettorali oħra minn sensiela ta’ miżuri biex is-servizz jilħaq livelli u prattiċi li huma meħtieġa u rikjesti f’din l-industrija.

 Din hija waħda mir-riformi li se tkun implimentata wara li f’Ġunju li għadda nħatar Change Management Review Board, immexxi mis-Sur David Spiteri Gingell, biex taħdem fuq numru ta’ inizjattivi sabiex jiġi assigurat li l-kwalità tas-servizz ikun skont l-istandards xierqa anke skont ir-rekwiżiti tal-proċess ISO 9001:2015 Certification.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend