L-Irlanda b'akkużi ġodda fil-konfront ta' Theresa May | One News

Notifiki

L-Irlanda b’akkużi ġodda fil-konfront ta’ Theresa May

Il-Partit Demokratiku Unjonist tal-Irlanda, id-DUP, akkuża lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May li ma wettqitx dak li wegħdet dwar l-impatt ta’ Brexit fuq il-fruntieri Irlandiżi.

Dan f’reazzjoni għal ittra li bagħtet il-Prim Ministru stess lil dan il-partit, li kienet ippubblikata f’gazzetta Ingliża.

Fl-ittra, May qalet li l-Unjoni Ewropea trid li kontinġent mill-Irlanda ta’ Fuq jinżamm fid-Dipartiment tad-Dwana jekk ma jkunx hemm soluzzjoni dwar il-fruntieri Irlandiżi wara jum Brexit.

L-Uffiċċju tagħha f’Downing Street, Londra, wieġeb iebes għall-akkużi tad-DUP, u qal li l-Prim Ministr May qed taħdem qatigħ għal soluzzjoni dwar il-fruntieri Irlandżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend