Il-PM jsostni li l-UE għandha taħdem biex tassigura futur bi kwalità ta’ ħajja aħjar – One News

Notifiki

Il-PM jsostni li l-UE għandha taħdem biex tassigura futur bi kwalità ta’ ħajja aħjar

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza s-seba’ u l-aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika bit-tema “Għid Tiegħek Dwar l-Ewropa”.

Dawn il-laqgħat ittellgħu f’lokalitajiet differenti fl-aħħar xhur bil-għan li persuni minn kull spettru tas-soċjetà jsemmgħu leħinhom u jaqsmu l-viżjoni tagħhom dwar l-Ewropa li jixtiequ jgħixu fiha.

F’indirizz skjett iżda ċar fil-messaġġ tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem iżjed biex tassigura futur bi kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Ewropej.

Intant, f’dawn is-seba’ laqgħat ipparteċipaw madwar 400 persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend