CNN: Malta l-isbaħ pajjiż fid-dinja fejn tista’ tgħaddi l-Milied – One News

Notifiki

CNN: Malta l-isbaħ pajjiż fid-dinja fejn tista’ tgħaddi l-Milied

Malta kienet ikklassifikata fl-ewwel post bħala l-isbaħ pajjiż fid-dinja fejn tista’ tgħaddi l-Milied 2018.

Is-sit tal-aħbarijiet tac-CNN reġa’ spjega għal darb’oħra kif Malta hija d-destinazzjoni ideali għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festi tal-Milied bid-diversi tradizzjonijiet speċjali li jsiru fi gżiritina fost oħrajn il-presepji li jintramaw f’diversi rħula u li jkunu għall-wiri għall-pubbliku.

Jissemma wkoll il-presepju kbir u ħaj f’Betlehem f’Għajnsielem li huwa mifrux fuq medda kbira ta’ art b’diversi atturi u xenarji mill-isbaħ li jdaħħluk fl-ispirtu u joħduk lura fi żmien it-twelid ta’ Ġesù Kristu.

Ma tonqosx ukoll li tissemma il-mużika b’diversi kunċerti li jsiru fl-irħula u fil-knejjes li jiżżejnu apposta għal din il-ġrajja tant mistennija minn sena għall-oħra.

Ritratt: L-attività tal-Milied fin-Naxxar li ssir ta’ kull sena.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend