AĠĠORNAT: L-investigazzjoni Trump-Russja taħt theddida wara t-tkeċċija tal-Avukat Ġenerali | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-investigazzjoni Trump-Russja taħt theddida wara t-tkeċċija tal-Avukat Ġenerali

Fl-Istati Uniti, tinsab taħt theddida l-inkjesta dwar l-allegat tbagħbis mir-Russja fl-elezzjonijiet tal-2016. Dan wara li l-President Amerikan Donald Trump keċċa lill-Avukat Penerali Jedd Sessions.
Id-demokratiċi qegħdin iqisu din id-deċiżjoni bħala tentattiv sabiex jintemmu jew jimpedixxu l-investigazzjonijiet. Fuq Twitter, Donald Trump indika li għalissa din il-kariga ser tkun okkupata miċ-Chief of Staff Matthew Whitaker li kien kritiku dwar l-inkjesta li tirrigwardja r-Russja.

Raġel ta’ 63 sena qed jinżamm arrestat suspettat li kien qed jikkomplotta l-assassinja tal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez. Sorsi qalu li kien hemm messaġġi fuq Whatsapp fejn ir-raġel allegatament qal li l sħabu li kien ħa joqtol lil Sanchez li sar Prim Ministru f’Ġunju li għadda. Fid-dar tiegħu instabu 16-il arma tan-nar mhux illiċenzjati. Jidher li huwa ried vendetta mill-pjanijiet li għandu l-istess Sanchez sabiex jeżumi l-fdalijiet ta’ Francisco Franco.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend