Tammetti li kienet tuża l-ħanut tal-massaġġi għall-prostituzzjoni – One News

Notifiki

Tammetti li kienet tuża l-ħanut tal-massaġġi għall-prostituzzjoni

Mary Alison Galea ta’ 38 sena ngħatat sentejn ħabs sospiżi għal tliet flimkien ma’ multa ta’ €1,500 wara li ammettiet li kienet qed tmexxi burdell f’post li sippost kellu jkun ħanut tal-massaġġi fl-Imsida.

Galea tressqet il-Qorti taħt arrest quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli akkużata li kienet qed tgħix mill-qligħ tal-prositutzzjoni, li kienet qed tippermetti proprjetà tintuża bħala burdell u li impjegat peruni ta’ nazzjonalità barranija li ma kellomx permess li jaħdmu.

Kien għalekk li l-Qorti tat sentenza sospiża u multa wara li l-akkużata ammettiet għall-akkużi miġjuba fil-konfornt tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend