AĠĠORNAT: 12-il persuna mejta wara sparaturi f’bar f’Kalifornja – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: 12-il persuna mejta wara sparaturi f’bar f’Kalifornja

12-il persuna, inkluż l-aggressur, tilfu ħajjithom wara sensiela ta’ sparaturi f’bar fl-inħawi ta’ Thousand Oaks, Kalifornja. Pulizija li jinsabu fuq il-post qalu li n-numru ta’ persuni mejta mistenni jikber fil-ħin li ġej. 

Persuni li kienu fuq il-post qalu li hekk kif instemgħu l-isparaturi, qam paniku kbir fl-istabbiliment, tant li xi persuni kissru l-ħġieġ b’xi siġġijiet biex joħorġu mill-istabbiliment.

Jihder li mal-200 persuna kienu fil-bar fil-ħin tal-attakk hekk kif kienet qed tiġi organizzata serata ta’ mużika minn studenti Universitarji tal-inħawi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend